Ara: Żagħżugħ imut wara ħabta kerha f'Santa Venera

Ara: Żagħżugħ imut wara ħabta kerha f'Santa Venera
View on original source
Category: Business
Share
Archive
Like
Żagħżugħ imut wara ħabta serja bejn tliet karozzi f'Santa Venera. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Mazda Demio, Nissan X-Trail u Mercedes Benz C250. Konsegwentement, il-Mazda spiċċat inqalbet. In-Nissan kienet qed tinstaq minn Kanadiż ta' 49 sena residenti San Ġwann, u passiġġiera fihakien hemm Koreana ta' 43 sena residenti San Ġwann ukoll. Ix-xufier tal-Mercedes kien raġelta' 46 sena li jgħix f'Tal-Pietà, u l-Mazda Demio kienet qed tinstaq minn raġel ta' 26 sena uresidenti l-Marsa. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, iżda x-xufier tal-Mazda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Il-persuni l-oħra involuti ma sofrew l-ebda ġrieħi. Il-Maġistrat Monica Borg Galea ġiet infurmata u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b'rabta mal-inċident għadhom għaddejjin. 1 minn 6 Ritratt: Laura Galea Ritratt: Laura Galea Ritratt: info@newsbook.com.mt Photo: Malta Police Force Photo: Malta Police Force Ritratt: Laura Galea The post Ara: Żagħżugħ imut wara ħabta kerha f'Santa Venera appeared first on Newsbook.

(0)Comments

 

A note on cookies

Newshunt uses essential cookies to keep you signed in and to remember your language and country, so the site works the way you expect. With your permission, we'd also like to use analytics cookies to understand how people use Newshunt and improve it over time.

Accepting only affects analytics. To learn more, view our Privacy Policy or Terms & Conditions.