Raġel jitlef ħajtu f'inċident tat-traffiku

Raġel jitlef ħajtu f'inċident tat-traffiku
View on original source
Category: Politics
Share
Archive
Like
Illum, għal xi l-5.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Mazda Demio, Nissan X-Trail u Mercedes Benz C250. Konsegwentement, il-Mazda spiċċat inqalbet. In-Nissan kienet qed tinstaq minn Kanadiż ta' 49 sena residenti San Ġwann, u passiġġiera fiha kien hemm Koreana ta' 43 sena residenti San Ġwann ukoll. Ix-xufier tal-Mercedes kien raġel ta' 46 sena li jgħix f'Tal-Pietà, u l-Mazda Demio kienet qed tinstaq minn raġel ta' 26 sena u residenti l-Marsa. Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, iżda sfortunatament, ix-xufier tal-Mazda ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Il-persuni l-oħra involuti ma sofrew l-ebda ġrieħi. Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b'rabta mal-inċident għadhom għaddejjin.

(0)Comments

 

A note on cookies

Newshunt uses essential cookies to keep you signed in and to remember your language and country, so the site works the way you expect. With your permission, we'd also like to use analytics cookies to understand how people use Newshunt and improve it over time.

Accepting only affects analytics. To learn more, view our Privacy Policy or Terms & Conditions.